Mara ta’ 31 sena miż-Żebbuġ Għawdex weġġgħat gravi wara li kienet ivoluta f’inċident tat-traffiku fl-Għarb.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-23.30 fi Triq l-Għarb.
Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li l-mara, li kienet qiegħda ssuq karozza tal-għamla Toyota Yaris, tilfet il-kontroll u nqalbet.
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu.
Hija ttieħdet l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.