Raġel ta’ 27 sena residenti r-Rabat Għawdex tressaq il-Qorti t’Għawdex.
Ir-raġel ġie akkużat li nhar it-12 ta’ Settembru 2016 u fil-ġranet ta’ qabel ikkoltiva l-kannabis li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu u li kkommetta reat waqt li kien taħt probation.
L-imputat wieġeb mhux ħati u ingħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet, fosthom depozitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €10,000. Fil-Qorti rrapreżentawh l-avukati Franco Debono u Angie Micallef.