Raġel ta’ 38 sena residenti s-Sannat weġġa’ gravi wara li llum, għal xi l-ħamsa ta’ waranofsinhar weġġa’ waqt li kien qed juża mutur tal-ħart fi Triq Tas-Surġent, il-Qala, Għawdex.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ