Għawdxi ta’ 32 sena weġġa gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ aktar kmieni llum għall-ħabta ta’ 10:30am, bil-Pulizija ntalbet tassisti fi Triq Gedrin, ir-Rabat, Għawdex.
Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vann Isuzu Rodeo misjuq minn raġel ta’ 40 sena wkoll mill-Għarb u mutur Yamaha misjuq mir-raġel ta’ 32 sena.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-isptar. Huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.