Raġel ta’ 57 sena residenti l-Fontana, Għawdex, tilef ħajtu wara li waqa’ minn fuq sellum.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-09:45, f’razzett fil-limiti tar-Rabat, Għawdex.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Tim mediku ssejjaħ sabiex jassisti imma sfortunatament, ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il- post.
Il-Maġistrat Simone Grech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.