Raġel ta’ 28 sena mix-Xagħra Għawdex ingħata l-ħelsien mill-arrest b’garanzija personali ta €3,500 wara li kien akkużat b’diversi akkużi.
Fost dawn l-akkużi hemm li bejn il-15 u s-17 ta’ Ġunju, f’diversi postijiet ġewwa Għawdex, ir-raġel mix-Xagħra hedded, żamm persuna kontra l-volontà tagħha u kiser il-paċi pubblika. Akkużi oħra li affaċċja r-raġel huma li saq vettura b’mod perikoluż, saq b’aktar mil-limitu tal-veloċità mingħajr ma kellu liċenzja tas-sewqan u polza tal-assigurazzjoni. Akkuża oħra li affaċċja, ir-raġel mix-Xagħra kien li għamel ħsara fuq vetturi oħra.
Ir-raġel ta’ 28 sena wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Huwa ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet. Fejn fosthom r-raġel jiffirma fl-Għassa kuljum, fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €3,500.
Il-Maġistrat kien Dr P. Coppini u l-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.