Raġel ta’ 43 sena mir-Rabat Għawdex indarab gravi wara li waqa 3 metri minn fuq siġra.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-siegħa u kwart ta’ waranofsinhar f’residenza li tinsab fi Triq 20 ta’ Lulju, s-Sannat.
Fuq il-post immedjatament wasal tim mediku sabiex jassisti lir-raġel.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejjin.