Raġel ta’ tmienja u sittin sena mix-Xewkija jinsab fil-periklu tal-mewt wara li dalgħodu, waqa’ minn għoli f’għalqa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħodu fi Triq il-Madonna tal-Ħniena fix-Xewkija, fejn ir-raġel waqa’ għoli ta’ madwar għaxar filati waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’ġiebja.
Tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew lir-raġel, li ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.
Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali.