Raġel ta’ 29 sena mix-Xewkija jinsab fil-periklu tal-mewt wara li nqalbet dgħajsa fuq il-baħar, ta’ bejn ix-Xlendi u d-Dwejra. F’dan l-inċident kienu involuti żewġ irġiel oħra ta’ 29 sena li huma minn Ħal Luqa u s-Siġġiewi, li ttieħdu l-isptar iżda l-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.
L-inċident seħħ għal ħabta tal-17:15 ta’ wara nofsinhar meta dgħajsa nqalbet fuq baħar bejn ix-Xlendi u d-Dwejra. Il-vittmi ddaħlu fil-port tax-Xlenid permezz ta’ dinghy u ttieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex permezz ta’ ambulanza.
Fuq il-post marru membri tal-Forzi Armati ta’ Malta sabiex jassistu lill-vittmi.
B’dan il-każ ġie nfurmat Dr. Coppini li ħatar diversi esperti biex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.