Għawdxi ta’ 50 sena minn Għajnsielem jinsab fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ filgħaxija waqa’ għoli ta’ sular meta kien qed jagħmel xi xogħol.
L-inċident seħħ f’residenza fi Triq Malta, Għajnsielem, Għawdex.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejħu tim mediku u l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu, u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura fejn iktar tard hu ġie trasferit għall-Isptar Mater Dei, fejn kien qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat Simone Grech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.