Raġel ta’ 36 sena residenti Għajnsielem tressaq il-Qorti mill-Pulizija tar-Rabat, akkużat li lbieraħ u anke qabel hedded lill-terzi persuni u kkaġunalhom biża’ li ser tintuża l-vjolenza fil-konfront tagħhom jew fuq il-propjeta’ taghhom.
Huwa kien akkużat ukoll li kellu fil-pussess tiegħu arma ta’ nar barra mill-fond imsemmi fil-liċenzja maħruġa mill-Kummissarju tal-Pulizija.
L-akkużat wieġeb mhux ħati u ngħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet.