L-għaqda Għawdxija Għawdix innutat kif Forti Chambray tista’ tiġi restawrata u tmur lura għall-glorja tagħha. Dan f’kuntest ta’ żviluppi riċenti, inkluża s-sottomissjoni ta’ applikazzjoni biex jibda l-proċess tat-tielet fażi tal-proġett.
Hawnhekk Għawdix qalet li hemm tama ġdida li xi darba r-restawr tal-forti jseħħu wara li għoxrin sena ilu, Gvern Nazzjonalista kien iffirma ftehim meqjus infama u Forti Chambray tħalla fi stat ta’ abbandun wara wegħdiet fiergħa dak iż-żmien. Ġie nnutat kif id-daħla għal dan il-forti għadu magħluq għall-pubbliku anki jekk Gvern Nazzjonalista kien wiegħed mod ieħor.
Għawdix appellat lill-konċessjonarju u l-Gvern biex jaħtfu l-opportunità u jagħtu l-ħajja mill-ġdid lill-forti mibni fis-Seklu 17, bil-għan li jingħata lura l-glorja li kellu, iżda wkoll jissaħħaħ il-pajsaġġ kulturali għal dawk kollha li jżuru l-gżira Għawdxija.