Il-gżira Għawdxija qed tara andament pożittiv fit-turiżmu mis-suq Malti.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu f’Għawdex Joe Muscat qal li meta fl-ewwel ta’ Mejju tneħħew l-ewwel restrizzjonijiet u kulħadd seta’ jaqsam il-fliegu bejn Malta u Għawdex, il-gżira tat-tliet għoljiet bdiet tara l-ewwel sinjali ta’ attività.
Saħaq li hekk kif minn nhar il-Ġimgħa reġgħu fetħu r-ristoranti, Għawdex kompliet tara aktar attività.
Is-Sur Muscat qal: “Hemmhekk bdejn naraw l-ewwel interess tal-Malti f’Għawdxi. Meta fetħu ristoranti rajna iktar interess u iktar ma jgħaddi ż-żmien qed naraw aktar interess mis-suq domestiku li jżur Ghawdex.”
Fil-fatt, bejn 54 ristorant fetħu f’Għawdex.
Bħala medja, r-ristoranti raw bejn tmenin u ħamsa u tmenin klijent fuq medda ta’ tliett ijiem, iżda qabel dan l-ammont kienu jarawh f’jum wieħed biss.
Il-farmhouses u postijiet oħra ta’ akkomodazzjoni ukoll qed jiġu riservati.
Is-Sur Muscat sostna: “Uħud minnhom diġa għandhom propjetà f’Għawdex imma wkoll qegħdin naraw domanda fl-akkomodazzjoni bħal appartamenti u farmhouses.”
Mill-ġimgħa dieħla se jiftħu wkoll l-lukandi l-kbar f’Għawdex, li wkoll qed ikollhom domanda mis-suq Malti.
Is-Sur Muscat qal: “Jidher li huwa pożittiv ukoll u qegħdin jistennew li jkollhom domanda fil-lukandi rispettivi tagħhom.”