“Ilħaqna l-quċċata! Għawdex bħalissa qed ifur bit-turisti Maltin u barranin!”
Kliem il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Għawdxija għat-Turiżmu, Joe Muscat, li f’kummenti ma’ ONE News fisser l-andament pożittiv li jġibu magħhom il-jiem sajfin ta’ Santa Marija.
Andament li jirriflettti l-qagħda ekonomika stupenda f’pajjiżna, tant li fi kif sostna Muscat, l-istabbilimenti Għawdxin qed joperaw sal-massimu tal-okkupanza tagħhom.