Għawdex qatt ma ra xeni bħal dawn. Dan wara l-maltemp qawwi li ħakem lill-gżejjer Maltin fi tmiem il-ġimgħa meta kwantità kbira ta’ awrat ħarab mill-fish farms. Wara x-xeni ta’ bosta sajjieda jiġbru għexieren ta’ ħut li tela’ mal-mewġ fit-triq, fl-aħħar sigħat bosta sajjieda dilettanti Għawdxin intlemaħ fil-Port tal-Imġarr jistadu għall-ħut li ħarab mill-fish farms.
Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali juri s-sajjieda jistadu u bi bramel mimlijin ħut.