Għawdex ġie magħżul bħala l-aqwa destinazzjoni fil-Mediterran kif ukoll ġie kklassifikat mal-ewwel għaxar destinazzjonijiet sostenibbli fid-dinja.
Liema pajjiżi jinkludu l-Portugal, l-Olanda kif ukoll l-Istati Uniti. Dan ġie żvelat minn ITB Global li toffri sistema ta’ gwida b’mod globali lill-industrija tal-ivjaġġar – bil-għan li toffri l-aqwa esperjenza lit-turisti waqt li jkunu fuq btala.
Dawn il-pajjiżi jintagħżlu minn ġurija esperta li jirrapreżentaw tnax-il organizzazzjoni. Sabiex jintgħażlu l-pajjiżi, dawn iħarsu lejn il-kwalità, l-attrazzjonijiet kif ukoll is-sostenibilità fit-turiżmu.