Il-gżira Għawdxija kienet l-aktar li ntlaqtet mill-maltempata li ħakmet il-gżejjer Maltin matul dawn l-aħħar 24 siegħa. Dan hekk kif qed ikun irrapportat li l-kejl tax-xita f’Għawdex, b’mod partikolari fix-Xewkija kien ta’ 27.4mm. Fix-Xagħra l-kejl tax-xita kien dak ta’ 24.6mm filwaqt li fuq il-gżejjer Maltin kienet it-Tramuntana l-aktar milquta bil-kejl tax-xita s-Selmun jkun ta’ 16.4mm.
Intant il-kejl tax-xita f’żoni bħall-Imsida kien ta’ 1.2mm, Ħal Luqa b’1.8mm, il-Belt Valletta b’0.6mm, Ħad-Dingli b’3.2mm u ż-żona Bengħajda fin-naħa t’Isfel ta’ Malta l-kejl tax-xita kien dak ta’ 8mm.
Ritratt: Sonja Geitz