Il-gżira Għawdxija applikat sabiex tissieħeb fl-Island Games organizzati mill-International Island Games Association.
L-applikazzjoni saret waqt laqgħa bejn l-organizzaturi u l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri.
Il-logħob ilu jsir mill-1985 u bħalissa jikkompetu fih 23 gżira f’edizzjoni bjennali, bl-edizzjoni li jmiss ser issir f’Guernsey, r-Renju Unit is-sena d-dieħla.
Il-Ministru Camilleri rrimarka kif bħalissa f’Għawdex qed isir investiment qawwi fil-qasam sportiv fosthom bil-bini ta’ pixxina olimpika u padiljun sportiv, filwaqt li mistenni jibda x-xogħol fuq l-immodernizzar tal-korsa taż-żwiemel u fix-shooting range.
Id-delegazzjoni tal-assoċjazzjoni żaret ix-xogħlijiet fil-pixxina u l-padiljun.
Il-ħidma tal-Gozo Sports Board li qed tagħti importanza lil sport li qabel ma tantx kien segwit permezz ta’ skemi u għajnuniet, ġiet imfaħħra mill-Ministru Camilleri.