Jekk tlajtu Għawdex f’dawn il-jiem żgur li nnutajtu numru ta’ roundabouts imzejnin għall-Għid il-kbir b’simboli marbuta ma’ dawn iż-żminijiet.
Attrazzjoni bi ħsieb ta’ riflessjoni kif ukoll awgurju għall-akbar festa kattolika, li verament jiġbdu l-attenzjoni u fl-aħħar mill-aħħar ifakkru wkoll karatteristika Għawdxija; dik reliġjuża u tradizzjonali.
Dan ix-xogħol sar fuq inizjattiva tal-Ministeru għal Għawdex.