Hekk kif illum id-dinja qed tfakkar lid-donaturi kollha tad-demm, diversi binjiet u postijiet f’Għawdex inxtgħelu wkoll b’dawl aħmar, fosthom il-funtana bis-simbolu tat-tliet għoljiet fir-Rabat Għawdex.
Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li dan il-jum iservi sabiex jissaħħaħ l-għarfien dwar il-bżonn li jingħata d-demm u anke bħala ringrazzjament lid-donaturi tad-demm għall-ġest nobbli tagħhom. Huwa rringrazzja lil dawk kollha li jagħtu d-demm u b’hekk ikunu t’għajnuna biex isalvaw ħajja.