Erba’ persuni ddaħlu l-isptar ġenerali t’Għawdex wara ħabta head-on bejn żewġ karozzi fin-Nadur Għawdex.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta, fit-triq li twassal għar-Rabat. Xufier ta’ karozza VW Polo, li kien fil-karozza waħdu, ħabat f’karozza tat-tip Hyundai I 10, li fiha kien hemm ix-xufier u żewġ passiġġiera. Dawn kollha ttieħdu l-isptar għall-kura.
Il-Pulizija qed tinvestiga