Iktar tard din is-sena fil-Qorti ta’ Għawdex mistennija jibdew jinstemgħu każi li s-serjetà tagħhom tkun titlob li jsiru quddiem Imħallef. Dan għax meta jkunu approvata emendi fil-liġi li bdew ikunu diskussi fil-Parlament din il-ġimgħa, titneħħa distinzjoni oħra li teżisti fil-Qorti tal-gżira tat-tliet għoljiet u dik f’Malta.
Li f’Għawdex ikun hemm kienet wiegħeda elettorali tal-Partit Laburista qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali, wiegħeda maħsuba biex iċ-ċittadin Għawdxi jkun stmat aħjar u li kif spjega l-Ministru għall-Ġustizzja, Owen Bonnici, issa tinsab pass eqreb li titwettaq