Għat-tieni sena konsekuttiva, għada se tkun qed tittella’ “Festa Laħam” fil-Pont ta’ San Tumas, il-Marsa.
L-attività hija mibnija fuq żewġ pilastri kulturali, li jingħaqdu flimkien fil-Biċċerija Pubblika, jiġifieri il-kwalità tal-laħam lokali u l-wirt agro-gastronomiku Malti.
Waqt din l-attività, dawk li se jattendu se jkollhom iċ-ċans li jduqu u jixtru prodotti lokali.
Din l-attività qed tigi organizzata mill-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, f’kollaborazzjoni mal-Biċċerija Pubblika u l-Kunsill Lokali tal-Marsa.
Fost dawk li se jieħdu sehem fl-attività ta’ għada hemm il-Korperattiva ta’ Min Irabbi l-Majjali bil-linja ta’ Prodotti KIM’s – Majjal ta’ Malta kif ukoll il-Koperattiva tal-Produtturi tal-Ħalib bil-linja ta’ prodotti taċ-ċanga tagħhom Tari Beef.
Id-dħul għal din l-attivita huwa b’xejn.