Għat-tieni sena konsekuttiva l-Pulse tellgħu 5 kandidati fil-kunsill studentesk fl-ITS billi rebħu l-maġġoranza assoluta. Dan hekk kif il-Pulse kisbu maġġoranza ta’ 74%. Fl-ewwel kummenti l-eżekuttiv tal-Pulse esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dan ir-riżultat u qal li lpermezz ta’ manifest b’saħħtu, lesti biex jaħdem għall-istudenti kollha tal-ITS.