Wara li tressaq il-Qorti aktar kmieni dan ix-xahar akkużat b’attentat ta’ qtil wara li pprova jaħraq appartament, Justin Dimech ta’ 29 sena, it-Tnejn filgħodu reġa’ deher quddiem il-Qorti akkużat b’pussess, importazzjoni u li ssieħeb fi traffikar ta’ droga Kannabis.
Quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima huwa ġie akkużat ukoll li kien fil-pussess tad-droga kannabis f’ċirkustanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu u li sar riċediv.
Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u l-Qorti ordnat li jibqa’ jinżamm taħt arrest preventiv.