Intlemaħ għall-ewwel darba f’Malta għasfur magħruf bħala Brown Shrike. Dan intlemaħ ilbieraħ iżda kien dalgħodu li esperti mill-BirdLife kkonfermaw din l-aħbar.
L-għasfur intlemaħ fin-Nofsinhar ta’ Malta fejn għalkemm intlemaħ għall-ewwel darba fil-gżejjer Maltin, fil-passat intlemaħ xi drabi fl-Ewropa anke jekk din kienet rarità
L-għasfur ibejjed fl-Ażja fejn matul dan iż-żmien tas-sena jkun qed jemigra għax-xhur xitwin.