BirdLife Malta, fi stqarrija spjegat li aktar kmieni llum, ġiet imsejħa biex issalva għasfur ieħor protett li safa fil-mira tal-kaċċa illegali, din id-darba Russett Griż (Grey Heron). L-għasfur instab ferut u ma jistax itir f’razzett fiż-Żejtun wara li xi ħadd spara tiri fuqu fil-viċinanzi.
Fi stqarrija l-Bird Life Malta spjegat li r-russett inġabar minn membri tal-istaff ta’ BirdLife Malta u voluntieri tar-Raptor Camp li bħalissa qed iduru mal-kampanja biex jissorveljaw il-kaċċa illegali fl-eqqel tal-passa tat-tajr tal-priża. Il-veterinarju spjega lill-uffiċjali tal-Bird Life li l-għasfur kellu mill-inqas ċomba waħda minn tir ta’ senter li farrket l-għadma tal-ġewnaħ tal-lemin tal-għasfur.
Ir-Russett Griż (Ardea cinerea) hu għasfur tal-passa komuni f’dan iż-żmien tas- sena. Normalment jivvjaġġa fi qtajja’ u huwa għasfur ta’ daqs konsiderevoli, l- akbar minn fost l-ispeċi tal-irsieset li naraw fil-Gżejjer Maltin.
BirdLife Malta appellat lill-Awtoritajiet biex jingħalaq l-istaġun tal-kaċċa.