Għasafar li spiċċaw f’magna ta’ ajruplan wasslu biex il-linja tal-ajru Air Malta ħassret numru ta’ titjiriet skedati. It-titjiriet tħassru wkoll minħabba strajk tal-ATC fi Franza.
L-Ajruplan 9H-AHR ġarrab xi ħsarat tekniċi u jinsab maqbud fir-Russja.
It-tijira KM658/9 Malta – Comiso li kienet ippjanata li titlaq fid-20.45pm ġiet ikkanċellata. Saru arranġamenti biex il-passiġġieri affetwati jkunu trasferiti lejn Katanja bit-titjira KM 642/3 u KM640/1.
Il-Linja nazzjonali Air Malta skużat ruħha għal kull inkonvenjent.
Għal aktar informazzjoni żuru: https://www.airmalta.com/information/about/special-news-overview/special-news-detail/flight-delays-27th-may