Żewġ persuni tilfu ħajjithom kawża ta’ għargħar fil-Ġappun, li minħabba f’hekk mijiet ta’ eluf ta’ persuni kellhom jevakwaw ir-residenzi tagħhom.
L-għargħar seħħ meta l-livell tal-ilma tax-xmajjar għola, u l-ilma għamel ħsara estensiva lill-bini u kif ukoll diversi toroq.
Dan seħħ fuq il-gżira Ġappuniża, Kyushu. Qed jingħad li n-numru ta’ persuni neqsin jaf jogħla għal 20 persuna, u fosthom jinkludi tarbija li x’aktarx tkaxkret mal-kurrent.
Fuq il-post hemm madwar 7,000 membri tas-salvataġġ li jinkludu uffiċjali tal-Pulizija u kif ukoll suldati.