Fil-Ġermanja u l-Belġju, il-ħaddiema tas-salvataġġ jinsabu fi ġlieda kontra l-ħin sabiex isalvaw il-mijiet ta’ nies mitlufa kawża ta’ għargħar.
Dan ġara wara xita qalila li qed titqies bħala rekord u ħalliet il-ħajja ta’ aktar minnn 120 persuna, waqt li oħrajn tilfu djarhom.
Din ix-xita qalila laqtet ukoll pajjiżi bħall-Iżvizzera, il-Lussemburgu u l-Olanda.
Dan id-diżastru, kif qed ikun deskritt minn bosta wassal ukoll biex inqatgħet il-linja ta’ komunikazzjoni u aktar minn 100,000 dar spiċċaw mingħajr dawl.