Aktar minn 1.7 miljun persuna ġew affetwati minn għargħar qawwi li laqgħat provinċja Ċiniża, b’120,000 persuna ġew evakwati b’urġenza.
Ix-xita qawwija li niżel il-ġimgħa li għaddiet wasslet biex eluf ta’ djar iġġarfu kif ukoll ikkawżat valangi li qatlu erba’ uffiċjali tal-pulizija.
Ix-xita li għadha qed tinżel bħalissa qed tfixkel l-isforzi tas-salvataġġ.
Dan l-għargħar isegwi ieħor li seħħ tliet xhur ilu, li ħasad il-ħajja ta’ aktar minn 300 persuna.
Mandanakollu dan l-għargħar huwa maħsub li hu agħar minn dak li seħħ qabel.