Riċerkaturi fl-Eġittu ħabbru skoperta ġdida fil-bijoloġija marittima wara li nstabet fossila tal-iżgħar u l-iċken balena, kif ukoll l-eqdem balena marittima fl-Afrika.
Il-fossila tal-balena li hija ta’ Tutcetus rayanensis, instabet fiż-żona tal-Wadi El-Rayan u hija stmata li għexet mal-41 miljun sena ilu. Il-balena kien fiha żewġ metri u nofs tul u tiżen kważi mitejn kilogramma, id-daqs tagħha huma simili tad-denfil tat-tip ‘Bottlenose’.
Palentologu Eġizzjan saħaq li din l-iskopertà ġġib magħha twemmin xjentifiku ġdid fuq il-ħajja tal-perjodu ceteacean.