Il-Kaċċaturi ta’ San Ubertu magħrufa wkoll bħala KSU fi stqarrija wissiet lill-membri tagħha sabiex josservaw id-direttivi maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa sew dawk preżenti kif ukoll li jistgħu joħorġu fil-futur marbuta mal-COVID-19.
L-għaqda ħarġet din it-twissija filwaqt li fakkret il-bidu tal-istaġun tal-kaċċa għas-summien tar-Rebbiegħa.
L-għaqda għamlitha ċara li qatt ma tittollera abbuż u appellat lill-membri tagħha sabiex jirrapurtaw kull forma t’abbuż li jistgħu jaraw.
Dan bil-għan li ħadd ma jtappan il-kredibilità ta’ dawk kollha li josservaw il-liġi.