Huwa stmat li madwar id-dinja jeżistu mal-ħames biljun persuna li m’għandhomx aċċess għal servizzi tas-saħħa adegwati, filwaqt li madwar nofs il-popolazzjoni tad-dinja tgħix viċin il-baħar. Dawn l-istatistiċi huma l-kundizzjonijiet essenzjali wara l-għaqda Mercy Ships, li ddur diversi portijiet madwar id-dinja bi sptar fuq vapur.
Waqt żjara ta’ wieħed mill-vapuri tal-flotta tal-għaqda fil-Port il-Kbir, intqal li din l-għaqda għandha rabta speċjali ma’ pajjiżna, hekk kif erbgħin sena ilu l-ewwel vapur ta’ din il-flotta kien ġie rreġistrat proprju ġewwa Malta.
Il-Viċi President ta’ Mercy Ships, Jim Paterson stqarr: “Our first ship in 1981 was registered here in Malta, and we’ve had ships registered in Malta ever since. We’ve had a fantastic working relationship with the flag state here.”
Jim Paterson, Viċi President ta’ Mercy Ships stqarr li fil-vjaġġi li jagħmlu l-flotta tagħhom, l-għaqda hija kburija li ttajjar il-bandiera Maltija u kien xieraq li l-ewwel port li jżur il-vapur il-ġdid tal-flotta, tkun propja f’Malta.
Paterson sostna: “We are very very proud to be associated with Malta. It’s a great opportunity for Global Mercy to come here, not just her first visit but her first port since the builder’s yard to stop here in Malta.”
Min-naħa tiegħu, iċ-Chairman ta’ Transport Malta, Joseph Bugeja stqarr li din iż-żjara ġiet imħallsa mill-awtoritajiet Maltin, bħala turija tal-apprezzament tax-xogħol siewi li tagħmel din l-għaqda madwar id-dinja.
Bugeja qal, “Dan huwa kollu mħallas mill-awtorità għal din il-kawża ġusta l-istess iż-żjara għal Malta, fejn l-ispejjeż kollha ta’ din il-mawra ġew eżentati bl-għajnuna ta’ numru ta’ entitajiet oħra biex nagħmlu l-mawra mingħajr spejjeż.”