Is-sħubija ta’ Vodafone u Melita li tħabret ftit tax-xhur ilu qed tkompli ġġib reazzjonijiet differenti fejn il-kumpaniji li se jingħaqdu qed jiddefendu d-deċiżjoni tagħhom, filwaqt li l-kompetituri qed jilqgħu b’mod pożittiv il-fatt li se jkun hemm investigazzjoni.
F’artiklu fit-Times of Malta bit-titlu ‘Merger good for consumers’, Harold Rosch, Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Melita, qal li sħubija bejn żewġ kumpaniji ewlenin f’dan is-settur se wassal għal komunikazzjoni ferm iktar mgħaġġla u li se twieġeb id-domanda tal-konsumatur għal servizz iktar modern ta’ telefonija, internet, u televiżjoni.
Għalhekk, qal il-Kap Eżekuttiv, huwa kruċjali li Malta tikkonsolida investiment ta’ dan it-tip għal infrastruttura diġitali ġdida bħal 5G- investimenti li huwa pedament tal-prosperita għan-negozji tagħna, u għall-ekonomija tal-pajjiż, jgħid il-Kap Eżekuttiv.