Jeħtieġ li kulħadd ikun konxju dwar il-konsegwenzi li ser iġġib magħha Brexit. Hekk sostna Michel Barnier li huwa n-negozjatur ewlieni tal-Unjoni Ewropea għal Brexit f’laqgħa li kellu mal-Kumitat tal-Affarijiet Barranin u Ewropej.
Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm il-President tal-Kumitat Edward Zammit Lewis akkumpanjat mill-membri parlamentari Glenn Bedingfield u Stefan Zrinzo Azzopardi.
Waqt din il-laqgħa Dr Zammit Lewis semma kif is-setturi li ser jintlaqtu minn Brexit huma l-industrija tat-turiżmu u l-qasam tal-mediċini.