Wara li kienu eluf li nġabru fuq il-Fosos biex jisimgħu il-messaġġ tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat, fit-28 jum tal-kampanja elettorali, l-Mexxej Laburista esprima s-sodisfazzjon tiegħu.
Sodisfazzjon għad-diskors tal-eks Prim Ministru Taljan, Matteo Renzi, li faħħar lil Malta u għall-messaġġ pożittiv tal-eks Prim Ministru Ingliż Tony Blair. Fi tmiem il-messaġġ tiegħu, Joseph Muscat qal li għandu kuraġġ kbir li ġej mir-riżultati li kiseb Gvern Laburista taħt it-tmexxija tiegħu u mill-pjan li għandu l-Partit Laburista.
Ritratt: Gareth Degiorgio