Ħemm Deputati li qed ikissru l-partit u nispera li l-istoja tagħmel ġustizzja magħhom. Dak kien kliem id-deputat Nazzjonalista Mario Galea b’rabta mal-qasma kbira li ġabet lill-Partit Nazzjonalista fuq fomm kulħadd. Waqt li kien qed jitkellem f’intervista għas-sit Maltatoday, Galea li huwa meqjus bħala wieħed mill-veterani tal-grupp Parlamentari Nazzjonalista sostna li dawn l-attakki fuq it-tmexxija Nazzjonalista mhux isiru fis-saħna tal-mument iżda sostna li huma sistematiċi u orkestrati minn grupp ta’ Deputati li minn dejjem kienu kontra l-kap Adrian Delia.
F’botta diretta lejn il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, Mario Galea saħansitra qal li dawn id-deputati jaħsbu li għandhom id-dritt sagrosant li jmexxu l-Partit. Madankollu sostna li b’dan l-aġir id-duputati ta’ Simon Busuttil kienu qed jonqsu lit-tesserati kollha li fis-sajf ta’ sentejn ilu b’mod demokratiku taw il-fiduċja tagħhom lil Adrian Delia.