Malta għandha champion tal-Ewropa fit-Tennis li saħansitra qiegħda tokkupa l-ewwel post fir-rankings Ewopej.
Tul il-jum tal-Ħadd, Helene Pellicano iddominat fil-European Junior Championships meta rebħet il-finali kontra Denisa Hindova tar-Repubblika Ċeka.
Pellicano diġa’ rebħet kampjonati oħra fl-Ewropea biex qed tgħix il-ħolma li skont ir-rankings hija meqjusa bħala l-aqwa tennista fl-età tagħha fil-kontinent.