‘Last Breath’; Din hija l-produzzjoni Brittanika li l-maġġoranza assoluta tagħha qed tinġibed f’Malta fil-faċilitajiet fil-Kalkara.
Fuq dan il-film qed jaħdmu mija u tmenin persuna, li l-biċċa kbira tagħhom tagħhom huma Maltin.
Fil-film ħa jieħdu sehem atturi ta’ fama mondjali, fosthom Woody Harrelson li ħa sehem fil-films The Hunger Games u Finn Cole, u huwa l-aktar popolari għall-karattru li jinterpreta fis-serje Peaky Blinders.
L-istorja, ‘Last Breath’, titratta inċident fuq rig taż-żejt fil-Baħar tat-Tramuntana.
Waqt żjara fuq is-sett tal-film mill-ġurnalisti u mill-Kummissarju tal-Films, spikka t-ton sodisfatt tad-diversi produtturi li qed jaħdmu fuq din il-produzzjoni kbira.
Tkellimna ma’ Norman Colightly, produttur li jinsab fi xtutna għall-ewwel darba. Hu faħħar il-faċilitajiet u ħaddiema Maltin.
Qal, “Our movie takes place largely under water and you have one of the best underwater filming facilities in the world and it just lent itself to the kind of movie we’re producing and we’re so happy we came here.”
Dan l-istazzjon tkellem ukoll ma’ Stewart le Maréchal, produttur ieħor tal-film li ma kellu xejn ħlief kliem ta’ tifħir għall-faċilitajiet Maltin.
Qal, “Malta is great because it had the studio facilities we needed, obviously the tank was incredibly important and both the deeper one and the shallow one so that was really key and then it had all the other aspects that we need because we had a variety of different sets that we need within the studios so that’s been great, it’s all very close, so easily accessible, so that’s been brilliant for us.”
Il-Kummissarju għall-Films Johann Grech intlaqa’ b’idejn miftuħin mill-produtturi tal-film, li rringrazzjawh tal-ħidma u dedikazzjoni lejn il-produzzjonijiet fejn saħansitra esprimew ix-xewqa li jirritornaw jaħdmu f’Malta.
Qal, “Fl-ewwel sitt xhur tas-sena kellna madwar għoxrin produzzjoni f’pajjiżna, budget ta’ sittin miljun ewro. Ħloqna ‘l fuq minn elf u erba’ mitt job għall-Maltin u l-Għawdxin. Hija industrija li qed tkompli tikber u tagħmel suċċess kuljum fejn fiha qed igawdi minna kulħadd.”
Għal dan il-film, il-produtturi allokaw kważi tlieta u għoxrin miljun ewro, li aktar minn tlettax–il miljun minnhom ġew iddedikati għall-produzzjoni f’Malta.