Il-Pulizija Ġermaniża qed tistaqsi lill-pubbliku jekk għandhomx filmati, ritratti jew sound recordings mill-avvenimenti li seħħew il-bieraħ.
Disa’ persuni nqatlu u 16 oħra ndarbu, bi tlieta minnhom jinsabu f’kundizzjoni kritika, wara l-isparar li seħħ f’ċentru tax-xiri.
S’issa għadha ma nstabet ebda raġuni għaliex seta’ seħħ il-qtil b’dan il-mod, aktar minn ġuvni nofsu Ġermaniż u nofsu Iranjan u li għandu biss 18-il sena.
L-attakk huwa t-tielet wieħed fuq persuni ċivili fl-Ewropa tal-punent fi tmint’ijiem, wara attakki oħra f’Niżża u Wuerzburg.
Il-Pulizija mistennija tagħti rendikont tas-sitwazzjoni aktar tard illum. Sadanittant qed tappella biex min għandu filmati, jtellahom fuq sit apposta. Forzi speċjali daru d-dar tal-allegat qattiel fid-distrett Maxvorstadt.