Kumitat konġunt tal-parlament dwar is-saħħa, l-affarijiet soċjali u dak tal-familja llejla kkonkluda li għandha tkun l-Awtorità tal-Mediċini li tiddeċiedi jekk il-morning-after pill għandhiex titħalla tidħol Malta, iżda din qatt m’għandha tinbigħ mingħajr riċetta tat-tabib.
B’reazzjoni, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, li kien preżenti għall-aħħar laqgħa tal-kumitat, qal li l-gvern minn dejjem saħaq li għandha tkun l-awtorità tal-mediċini li tiddeċiedi.
Il-kumitati għamlu għadd ta’ rakkondazzjonijiet fosthom li l-awtorità għandha tagħmel differenza bejn pilloli li jħallu l-impjantazzjoni u dawk li ma jħallux, u li t-tobba jistgħu joġġezzjonaw li jiktbu l-pillol minħabba l-kuxjenza.
F’intervista ma’ one.com.mt, ic-Chairperson tal-Awtorità, il-Professur Anthony Serracino Inglott kien stqarr li l-Awtorità għandha l-provi kollha biex quddiem il-qorti tippreżenta l-istudji li jxejjnu allegazzjonijiet li l-morning after pill għandha l-effetti ta’ abort.
SEGWI DIN L-INTERVISTA HAWN
https://www.youtube.com/watch?v=E3_IfMcxZqM