L-Artista Delphine Boël għandha provi li juru li hi tiġi bint ir-Re Albert II tal-Belġju.
Boël kellha tgħaddi minn tissielet għal diversi snin, wara li r-Re tal-Belġju, li għandu 85 sena, ma aċċettax li jagħmel test tad-DNA.
Matul is-sena li għaddiet ir-Re Albert II kien ikkundannat iħallas mill-Qorti tal-Appell €5,000 kuljum li jibqa’ jirrifjuta li jagħmel dan it-test. Dan wara li kien abdika mill-kariga rjali tiegħu, minħabba raġunijiet ta’ saħħa u għalhekk tneħħitlu l-immunità mill-Prosekuzzjoni.
Huwa qal permezz tal-avukati tiegħu li qiegħed jaċċetta lil Delphine Boël bħala bintu.
Din l-allegazzjoni saret għall-ewwel darba f’bijografija li kienet ippubblikata 21 sena ilu. Iżda Boël kienet stqarret dan f’intervista li kienet saret sitt snin wara.
Ritratt: AFP