Kelly Fidoe-White, mara miżżewġa, issofri mill-kundizzjoni Trimethylaminuria. Kundizzjoni li minħabba fiha jkollha riħa tinten ta’ ħut fejn kawża ta’ hekk hi qed tiġi sfurzata taħdem tul il-lejl wara li l-kollegi tagħha ma felħux jaħdmu madwarha.
Il-mara ta’ 36 sena tiddeskrivi r-riħa tagħha nnifisha bħala waħda li tixbaħ ir-riħa li jkollhom il-ħut u kif ukoll ta’ basal.
Minħabba l-kundizzjoni tagħha, Kelly kienet tinħasel erba’ darbiet kuljum, tbiddel l-uniformi tax-xogħol darbtejn kuljum u tuża kważi bott fwieħa biex tneħħi r-rieħa. Iżda dan kollu ta’ xejn.
Minn mindu kienet ta’ età żgħira l-ġenituri tagħha kienu jmorru għand diversi tobba iżda qatt ma tawha solluzzjoni għal din il-kundizzjoni, fejn saħansitra għal diversi snin kienu jgħidulha li m’għandha xejn.
Ir-raġel tagħha Michael qal li għall-ewwel kienet iddejqu iżda llum il-ġurnata m’għadux jagħti kas u l-importanti li t-tnejn li huma jħobbu lil xulxin.