Ftit ġimgħa ‘il boqgħod mill-ftuħ tal-Katidral ta’ Notre Dame f’Pariġi, inqalat kontroversja sħiħa jekk id-dħul għandux ikun bi ħlas.
Ipproponiet dan il-Ministru għall-Kultura ta’ Franza, li qalet lit-turisti li jżuru l-Katidral f’Pariġi għandhom iħallsu miżata tad-dħul ta’ ħames ewro biex jgħinu fil-preservazzjoni tal-knejjes fil-pajjiż.
Idea li sabet l-oġġezzjoni tal-Knisja Kattolika Rumana ta’ Franza, li opponiet bil-qawwa din l-idea.
F’April tal-2019, ix-xena ta’ dan il-Katidral maestuż u gotiku jsir ħuġġieġa nar, kienet ixxokkjat lid-dinja kollha, bis-saqaf u l-kampnar inqerdu għal kollox.