Ftit siegħat biss qabel jibda’ tmiem il-ġimgħa, jkunu ħafna li jħossu l-istress ta’ ġimgħa sħiħa jaqa’ fuqhom. Studji internazzjonali wrew li tazza ħalib sħuna qabel torqod tgħinek tistrieħ aħjar hekk kif hi mimlija vitamni u kalċju li jgħin biex tonqos il-pressjoni tad-demm.
Iżda jekk il-ħalib mhux il-favorit tiegħek, iżda għandek bżonn tnaqqas l-istress, dawn huma xi oġġetti li għandek iżżid mal-lista tax-xiri li jmiss:
Il-Lewż
Ponn lewż waqt ġurnata xogħol iebsa jista’ jgħinek tnaqqas l-istress. Il-Vitamini li fih jgħinuk issaħħaħ is-sistema immunitarja tagħna.
Jekk trid tvarja ftit, idlek ftit butir tal-lewż fuq frotta.
L-Asparagu
Studji wrew li d-dipressjoni hija assoċjata ma’ livell baxx ta’ aċidu foliku u l-asparagu huwa wieħed mill-ħaxix li jgħin biex dan il-livell f’ġisimna jitla l’ fuq.
Min qatt kien jgħidlek li ftit asparagu ma’ froġa jew asparagu mixwi ma’ biċċa laħam jistgħu jgħinuk tħares lejn il-ħajja m’bod iżjed pożittiv ?
L-Avokado
Ingredjent mimli bil-Vitamina B li studji juri li doża żgħira minna tista tgħin biex tnaqqas l-anzjeta. L-avokado fiha wkoll perstentaġġ ta’ potassju li jgħin biex tonqos il-pressjoni tad-demm f’ġisimna.
Ftit biċċiet akovado mar-riċetta li jmiss, u tħares lejn il-ġimgħa d-dieħal b’mod aħjar!
It-Tuta Żerqa
It-tuta żerqa, jew aħjar il-blueberries jaf jidhru żgħar iżda porzjon żgħir minnhom itik ammont sostanzjali ta’ Vitamina C li tgħinek tnaqqas l-istress u żżid il-konċentrazzjoni.
Meta jkollok aptit snack frisk, friża ftit tut u żidhom ma’ jogurt!
Il-Ħafur
Il-ħafur, jew kif mgħaruf ma’ ħafna, l-Oatmeal huwa ingredjent ieħor li l-proteini naturali li jinsabu fih jgħinuk tnaqqas l-istress tal-ġurnata.
Ibda l-ġurnata b’ mod tajjeb u żid il-ħafur ma’ ftit ħalib għall-kolazzjon.
Il-Larinġ
Mhux ta’ b’xejn li l-laring mgħasur popolari bħala parti mill-kolazjon! Il-Vitamina C li fih il-larinġ tgħinek tibda l-ġurnata aħjar u żżomm kalm matul il-ġurnata kolla.
Jekk trid ttella l-enerġija malajr, kul larinġa jew għasar tnejn ġo tazza!
Is-Salamun
Żid iżda salamun fil-menu tal-kċina tiegħek, hekk kif studji wrew li din il-ħuta tgħinek tieħu l-ħajja iżjed bilmod. L-Omega 3 tgħinek tikkontrolla l-adrenalina u żżomm kalm f’ sitwazzjonijiet stressanti.
L-Ispinaċi
Hu l-parir ta’ Popeye u max-xirja li jmiss żid l-ispinaċi. Il-minerali li fiha din il-werqa ħadra jistgħu iservu tajjeb għall-benesseri tal-ġurnata tiegħek.
Hekk kif is-sħana tas-sajf għada ma bdietx tagħmel tagħha, ixtri ftit spinaċi u għamel soppa tajba!
Id-Dundjan
Tħossok għajjien wara l-ikla tal-Milied ? Mhux bilfors! … L-aċidu amminiku li fih id-dundjan ieġgħel lil ġismek jaqbdu n-nas u jorqod.
Id-darba li jmiss li tħoss li l-istress qed jagħmel tiegħu, itlaq kollox minn idejk, iftaħ dan l-artiklu u mur kul ikla biex tħossok aħjar!