Għandek karta tal-€5, €10 jew €20? Tidher Malta fuqhom jew le?
Il-karti kollha ġodda tal-ewro għandhom marka żgħira fuqhom li tirrappreżenta lil Malta.
Innotajna li fuq is-sit elettorniku tal-Bank Ċentrali Ewropew, hemm miktub speċifikament li l-karti l-ġodda għandhom jinkludu lil Malta u lil Ċipru.
Barra minn hekk, l-inizzjali tal-Bank Ċentrali Ewropew huma inklużi bil-Malti fuq quddiem ta’ kull karta.
Dawn ir-ritratti mill-viċin ntbagħtu lilna mill-Bank Ċentrali ta’ Malta, li kontinwament jeduka lil pubbliku dwar il-flus u l-użu tagħhom.
Is-serje l-ġdida tal-karti tal-flus issemmiet “Europa” u turi stili arkitettoniċi minn seba’ perjodi differenti fl-istorja kulturali tal-Ewropa, mingħajr ma turi monumenti speċifiċi.