Rapport estensiv fuq is-sit elettroniku tal-aġenzija tal-aħbarijiet BBC ġibdilna l-attenzjoni. Ir-rapport jagħti ħarsa lejn l-irġiel li tilfu xagħarhom, u jibda b’riċetti li kienu jużaw fil-passat bit-tama li dan jerġa’ jikber. Il-Vikingi kienu jużaw il-ħmieġ tal-ħamiem, l-Eġizzjani ix-xewk tal-qanfud imħallat bl-għasel, u ħafna stramberiji oħra.
Ċesri, id-dittatur Ruman, mistgħaġbin kemm kien jipprova jġib xagħaru lura, tant li kien jilbes girlanda tal-weraq madwar rasu mingħajr qatt ma jfalli.
Socrates, Napuljun, Aristotli, Ghandi, Darwin, Churchill, Shakespeare, Hippocrates u ħafna, ħafna Maltin u Għawdxin: kollha bla xagħar.
Skont il-BBC, ta’ kull sena jintefqu $3.5 biljun madwar id-dinja, bit-tama li min ikun waqalu xagħaru, jerġa’ jtellgħu. Jiġifieri aktar mill-baġit nazzjonali tal-Maċedonja u aktar minn kemm jintefaq minn awtoritajiet biex ifejqu l-malarja.
Nafu wkoll fatti oħra.
- Filwaqt li hemm studji li juru li n-nisa jaraw irġiel bil-qara’ inqas attreanti, studji oħra wrew li dan aktarx għax l-irġiel bla xagħar kienu aktar imdaħħla fl-età.
- Studju mwettaq minn ċertu Muscarella fl-2004 wera li n-nisa jaraw lill-irġiel bla xagħar bħala aktar intelliġenti, influenti, għorrief, edukati, onesti u lesti jgħinu.
- Hemm studju li juri li min hu bla xagħar jista’ jkollu benefiċji fejn tidħol is-saħħa. Dan għaliex jassorbi aktar vitamina D, li tiġi mix-xemx. Din il-vitamina tnaqqas ir-riskju ta’ kanċer fil-prostata. L-evidenza tinsab fi studji li qed isiru fost nies li jaħdmu barra u mhux f’uffiċji. Hemm teoriji li saħansitra jgħidu li għalhekk in-nisa ma jitilfuq xagħarhom: għax m’għandhomx prostata!
- Is-sena li għaddiet, Lloyd Blankfeir, CEO u chairman tal-Goldman Sacks, kien iddikjarat is-26 l-iktar raġel influwenti fid-dinja.
Naturalment, dawn huma fatti rrakkontati fi ftit kliem – li hu żgur huwa li min għandu l-qara’ jaf huwa aktar iffortunat – u min m’għandux jista’ dejjem iqaxxar xagħaru.