Id-dinja tas-sbuħija qatt ma torqod, dan hekk kif bosta segwaċi jqattgħu ħafna ħin jippruvaw jimxu dejjem mal-aħħar moda bl-istil dejjem jinbidel skont iż-żmien. Iżda din il-moda ġdida mhux qed tinżel tajjeb ma’ kulħadd, il-moda ta’ “feather brows” – li tfisser li s-suf tal-għajnejn ikun qishu rixa.
Kien propju fit tal-jiem ilu li Stella Sirenen, artista li tagħmel il-make-up fil-Finlandja, poġġiet ritratt fuq Instagram bħala ċajta fejn saħqet li din hi l-moda l-ġdida. Iżda l-internet ħaditha bis-serjetà u din l-idea splodiet.
Issa huma bosta persuni li qed jieħdu din l-idea u jaqsmu r-riżultat tagħhom fuq il-midja soċjali. Hemm min għoġbitu iżda bosta lanqas biss iridu jkunu jafu iktar dwarha.