It-tabib tal-emerġenza Dr. Michael Spiteri, għal darb’oħra appella lill-pubbliku kollu sabiex jibqa’ ġewwa u ma joħroġx f’din is-sitwazzjoni tal-imxija tal-Coronavirus.
It-Tabib Spiteri qal li l-poplu għandu żewġ għażliet, jew jibqa’ d-dar u jgawdi lill-familtu għal dawn il-ġimgħatejn jew joħroġ barra u jispiċċa jbati l-konsegwenzi li din il-marda ġġib magħha.
Huwa appella lil kulħadd biex jagħmel l-għażla it-tajba għal ġid tiegħu u ta’ kulħadd.